e-pilepsy

Trattamenti ġodda disponibbli. Kellimna dwar il-possibbiltá ta’ ħelsien minn attakki.

Dwar il-proġett e-pilepsy

E-PILEPSY huwa proġett pan-Ewropew, bl-għan ewlieni li jtejjeb l-għarfien u l-aċċessibilità talkirurġija għall-epilessija f’pajjiżi differenti. Il-Kirurġija tal-epilessija hija trattament stabbilit flimmaniġġjar tal-individwi li għandhom epilessija fokali reżistenti għall-mediċina.

Dwar l-e-pilepsy

X’inhi l-epilessija?

Kullħadd jista’ jagħtih attakk u madwar wieħed minn kull għoxrin persuna jagħtih attakk f’ħajtu.
Madankollu, f’xi nies il-bilanċ tal-inibizzjoni u l-eċċitazzjoni jiġi mfixkel fil-moħħ u jwassal għall-
okkorrenza ta’ attakki ġeneralizzati ripetuti. Dan id-disturb jista’ jiġi kkawżat minn raġunijiet
differenti…

L-Epilessija

X’inhi l-kirurġija tal-epilessija?

L-aktar kirurġija komuni li ssir fuq il-moħħ tissejaħ Resective Brain Surgery. Il-kirurġija resective għall-epilessija tintuża biex tneħħi l-parti tal-moħħ li qed tikkawża l-attakki, li tfisser li tista’ biss tintuża fuq nies fejn l-attakki jibdew f’parti waħda tal-moħħ. Din tissejjaħ epilessija fokali.

Kirurġija tal-epilessija

Proġett mogħti mill-Aġenzija Ewropea
għas-Saħħa u l-Konsumaturi

Dwar il-proġett

E-PILEPSY huwa proġett pan-Ewropew, bl-għan ewlieni li jtejjeb l-għarfien u l-aċċessibilità talkirurġija għall-epilessija f’pajjiżi differenti.
Il-kirurġija tal-epilessija hija trattament stabbilit fl-immaniġġjar tal-individwi bl-epilessija fokali reżistenti għall-mediċina. Madankollu għad hemm nuqqas ta’ għarfien dwar il-kandidati probabbli u l-benefiċċji possibbli tal-kirurġija tal-epilessija fost it-tobba u l-pazjenti.

E-PILEPSY stabbiliet konsorzju ta’ 13-il ċentru bħala msieħba assoċjati, bi 15-il ċentru oħrajn jikkollaboraw biex jixprunaw dan il-proġett. Ir-riżultat ewlieni mistenni mill-proġett huwa li  jiżdied l-għadd u l-proporzjon tat-tfal u adulti Ewropej li jfiequ mill-epilessija refrattorju permezz tat-tittejjeb tal-aqwa kirurġija tal-epilessija madwar l-Ewropa.

Aspetti tal-E-PILEPSY jinkludu

  • it-titjieb tal-aċċessibbiltà għall-informazzjoni
  • il-faċilitazzjoni ta’ riferiment għall-valutazzjoni
  • it-titjib tal-għodod għall-valutazzjoni
  • it-titjib tal-analiżi ta’ investigazzjonijiet kif ukoll it-taħriġ f’siti differenti ta’ individwi li se jkunu involuti fil-valutazzjoni għall-kirurġija tal-epilessija.

X’inhi l-epilessija?

Kulħadd jista’ jagħtih attakk u madwar 1 minn kull 20 persuna jagħtih attakk f’ħajtu. Madankollu, f’xi
nies jew il-bilanċ tal-inibizzjoni u l-eċċitazzjoni jiġi mfixkel fil-moħħ u jwassal għall-okkorrenza ta’
attakki ġeneralizzati ripetuti, jew il-bilanċ jiġi mfixkel f’parti waħda tal-moħħ li twassal għal attakki
fokali ripetuti.

Dan id-disturb jista’ jkun ikkawżat minn raġunijiet differenti, inkluż:

  • Il-ġeni ta’ persuna
  • Ħsara f’parti tal-moħħ mit-twelid
  • Korriment fir-ras, puplesija jew infezzjoni fil-moħħ
  • Parti mill-moħħ mhux qed tiżviluppa kif suppost, minħabba tumur filmoħħ jew ċerti drogi/alkoħol.

L-Epilessija mhix ħaġa rari; 1 minn kull 30 persuna jiżviluppa l-epilessija imma, fi kwalunkwe ħin, anqas minn 1 minn kull 100 tal-popolazzjoni jkollu l-epilessija għax ħafna nies jirkupraw. Madwar terz tal-persuni bl-epilessija mhumiex ikkontrollati permezz ta’ mediċina kontra l-epilessija. Għal dawn innies, huma meħtieġa trattamenti oħra.

X’inhu attakk?

Il-moħħ huwa organu kumpless li jikkonsisti minn aktar minn 100 biljun ċelloli ta’ nervituri interkonnessi, li jipproċessaw u jaħżnu informazzjoni; dan in-netwerk ta’ ċelloli ta’ nervituri jiġġenera l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħna, jikkontrolla l-movimenti tagħna u jħoss l-ambjent tagħna.

Iċ-ċelluli tan-nervituri għandhom korp prinċipali b’fergħat imsejħa dendrites li jikxfu ċerti kimiċi u fibra sporġenti msejjħa axon. Meta ċ-ċellola tan-nervituri tkun “eċitata” biżżejjed, din tispara impuls elettriku fl-axon, li jirriżulta fir-rilaxx ta’ kimiċi f’terminals speċjalizzati, u dawn il-kimiċi jistgħu jew jeċitataw ċelloli tan-nervituri oħra jew jaġixxu biex jipprevjenu (iwaqqfu) ċelloli tan-nervituri oħrajn milli jkunu eċitati.

Kieku kellu jkun hemm biss eċċitazzjoni fil-moħħ, kieku ċ-ċelloli tan-nervituri kollha jibdew jisparaw flimkien, li jirriżulta f’”maltempata elettrika”. Jekk ikun hemm wisq inibizzjoni fil-moħħ, il-moħħ jieqaf jaħdem. Għalhekk jinħtieġ bilanċ tajjeb ta’ inibizzjoni u eċċitazzjoni biex il-moħħ jiffunzjona

F’attakk, xi ħaġa tfixkel dan il-bilanċ li jirriżulta f’wisq eċċitazzjoni u sseħħ “maltempata elettrika”. Dan jista’ jseħħ f’naħa waħda tal-moħħ li jissejjaħ attakk fokali jew fil-moħħ kollu, li jissejjaħ attakk ġeneralizzati. Meta l-maltempata elettrika tibda f’parti waħda, din tista’ tinfirex għal partijiet oħra talmoħħ. In-natura tal-attakk tiddependi fuq fejn jibda l-attakk u safejn u kemm jinfirex malajr.

Bħala eżempju, attakk li jibda fil-parti tal-moħħ li tikkontrolla l-movimenti tal-idejn tista’ tibda b’ċaqliq involontarju tal-idejn imma, kif jinfirex l-attakk, id-dirgħajn u r-riġlejn jibdew jiċċaqilqu involontarjament u l-persuna tintilef minn sensiha, jew jekk attakk jibda fil-parti li tikkontrolla lemozzjonijiet jista’ jkun hemm biża’ qawwija għall-għarrieda u hekk kif il-maltempata elettrika tinfirex il-persuna tista’ ma tibqax konxja ta’ dak li hemm madwarha.

Attakki normalment idumu inqas minn ftit minuti u wara l-moħħ jista’ ma jaħdimx tajjeb għal madwar kwarta, li jwassal għal konfużjoni u diżorjentazzjoni għal dak il-perjodu.

X’inhi l-kirurġija tal-epilessija?

Jekk mediċini kontra l-epilessija ma jikkontrollawx l-attakki tal-epilessija, tista’ tiġi kkunsidrati kirurġija tal-moħħ għal xi pazjenti.

L-aktar tip ta’ kirurġija komuni li ssir fuq il-moħħ tissejjaħ Resective Brain Surgery. Il-kirurġija resective għall-epilessija tintuża biex tneħħi l-parti tal-moħħ li qed tikkawża l-attakki. Dan ifisser li tista’ tintuża biss għal nies fejn l-attakki jibdew f’parti waħda tal-moħħ. Meta attakki jibdew f’parti waħda tal-moħħ biss, dan jissejjaħ Epilessija Fokali.

Hemm tipi differenti ta’ Resective Brain Surgery li jseħħu f’partijiet differenti tal-moħħ, skont fejn jibda l-attakk. Xi kirurġiji prinċipalment jinvolvu t-tneħħija ta’ leżjoni kif tidher fuq l-MRI – dan jissejjaħ leżjonektomija. Kirurġiji oħrajn jinvolvu partijiet akbar tal-moħħ. Dawn jistgħu jinvolvu lbiċċa l-kbira minn jew lobu sħiħ tal-moħħ. Il-moħħ huwa maqsum f’erba’ sezzjonijiet maqsumin f’pari:

  1. Il-frontali
  2. Parjetali
  3. Oċċipitali
  4. Lobi temporali

Kirurġija tal-lobu temporali

L-aktar tip komuni ta’ Resective Brain Surgery fl-epilessija fl-adulti ssir fil-lobu temporali. Il-lobu temporali jinsab fuq iż-żewġ naħat tal-moħħ eżatt fuq il-widna. Huwa għandu rwol importanti fillingwa, is-smigħ u l-memorja, u għalhekk ħafna nies li għandhom l-epilessija tal-lobu temporali jsofru b’mod partikolari minn problemi tal-memorja.

Resection tal-lobu temporali tfisser li tessut tal-moħħ fil-lobu temporali huwa resected, jew maqtugħa, biex ineħħi l-fokus tal-attakk. Il-parti anterjuri (quddiem) tal-lobu temporali u l-parti fonda u  porzjonijiet mesjali (fin-nofs fil-fond) tal-lobu temporali huma l-partijiet l-aktar involuti. Il-porzjonijiet fondi fihom struttura msejħa il-hippocampus, li huwa involut fil-formazzjoni ta’ memorji.

Resection tal-lobu temporali teħtieġ li tesponi parti mill-moħħ permezz ta’ proċedura msejħa kranjotomija. Wara li l-pazjent jitraqqad permezz tal-loppju, il-kirurgu jagħmel inċiżjoni fil-qurriegħa, ineħħi biċċa għadma u jiġbed lura parti mid-dura, il-membrana iebsa li tgħatti l-moħħ. Dan joħloq fetħa li fiha l-kirurgu jdaħħal strumenti speċjali biex ineħħi t-tessut tal-moħħ. Jintużaw ukoll mikroskopji kirurġiċi li jagħtu lill-kirurgu dehra amplifikata tal-moħħ involut. Il-kirurgu juża l-informazzjoni miġbura waqt l-evalwazzjoni ta’ qabel l-operazzjoni – kif ukoll waqt l-operazzjoni – biex jiddefinixxu, jew ifassal, ir-rotta lejn il-parti korretta tal-lobu temporali. Wara li jitneħħa l-tessut tal-moħħ, id-dura u l-għadam jerġgħu jitwaħħlu f’posthom, u l-qurriegħa tinħiet permezz ta’ ponti jew staples.

Proċeduri kirurġiċi oħra

Qasam ieħor ta’ intervent kirurġiku huwa l-impjantazzjoni ta’ stimulaturi tal-moħħ. Bħalissa qed jiġu investigati stimulaturi introdotti fil-moħħ. B’mod ġenerali, dawn jistgħu jiġu kkunsidrati f’nies li m’għandhom ebda għażla ta’ kirurġija resective. Stimulazzjoni tal-Fond tal-Moħħ (DBS) hija proċedura kirurġika li permezz tagħha leads li twaħħlu f’partijiet immirati speċifikament fil-moħħ iwasslu simulazzjoni elettrika kkontrollata. F’ċerti nies, din il-proċedura tista’ ttejjeb l-attakki.

Użati ħafna aktar huma s-Stimulaturi tan-Nervituri Vagali. Dawn huma tagħmir żgħar, simili għal pacemaker kardijaku, li jitwaħħlu taħt il-ġilda taħt l-għadma tal-għonq tax-xellug. Dan jitqabbad permezz ta’ lead man-nervitur vagus fin-naħa tax-xellug tal-għonq. Il-VNS jistimula n-nervitur vagus f’intervalli biex titnaqqas il-frekwenza u l-intensità tal-attakki.

Meta tiġi kkunsidrata kirurġija?

Hemm għadd ta’ fatturi li jeħtieġ jitqiesu qabel ikun possibbli tgħid jekk kirurġija tal-moħħ hijiex għażla jew le

Kirurġija tista’ titqies jekk:

  • Diversi mediċini kontra l-epilessija ġew ippruvati u ma wasslux għallwaqfien tal-attakki
  • L-attakki ġejjin minn parti waħda tal-moħħ
  • Din il-parti tal-moħħ hija aċċessibbli għall-kirurġija u tista’ titneħħa mingħajr ma ssir ħsara serja fil-funzjonijiet importanti bħal-lingwa, issaħħa u l-vista
  • Il-possibilitajiet li jieqfu l-attakki wara l-kirurġija huma raġonevoli

Kultant l-epilessija tista’ tiġi kkawżati minn problema strutturali fil-moħħ. Din setgħet kienet preżenti mit-twelid, u timmanifesta ruħha aktar tard fil-ħajja permezz ta’ attakki, jew tista’ tiġi kkawżata aktar tard fil-ħajja minħabba korriment fil-moħħ bħal trawma, puplesija, tumur jew infezzjoni. Jekk irriżultati tat-test juru li l-attakk jidher li jirriżulta minn din il-parti partikolari, il-kirurġija tal-moħħ tista’ tkun għażla tajba.

Madwar 1 minn kull 5 persuni li jagħtuhom attakki ġejjin minn parti waħda tal-moħħ għandhom immaġni manjetika MRI normali. Jekk it-testijiet l-oħra kollha jippuntaw lejn l-istess parti tal-moħħ, ilkirurġija tista’ wkoll tkun possibbli. Ħafna drabi, huma meħtieġa aktar testijiet, inkluż testijiet talImmaġnar tal-moħħ, jew aktar testijiet tal-EEG. Fi ftit nies jista’ jkun meħtieġ li jsiru reġistrazzjonijiet tal-EEG direttament mill-moħħ. Tali reġistrazzjonijiet jistgħu jgħinu jekk hemm suspett li parti ġenerali tal-moħħ qed tikkawża l-attakki, imma hija meħtieġa aktar informazzjoni preċiża dwar fejn jistgħu jibdew l-attakki. Dan jissejjaħ reġistrazzjonijiet EEG intrakranjali.

F’xi tfal żgħar ħafna fejn tidher anormalità fuq naħa waħda ta’ scan MRI, jistgħu jiġu referuti għallevalwazzjoni qabel prova sħiħa ta’ żewġ mediċini kontra l-epilessija.

Xi individwi addizzjonali li għandhom l-epilessija assoċjata mad-dgħufija konġenitali fuq naħa waħda (Hemiplegia) jistgħu wkoll ikunu adattati għall-kirurġija.

Kif hija evalwata l-adattabilità tal-pazjent?

Fuq riferiment lil ċentru li jispeċjalizza fil-kirurġija tal-epilessija, individwu ssirlu konsultazzjoni inizjali segwita minn evalwazzjoni sħiħa. Dan jinvolvi diversi tipi differenti ta’ EEG, normalment biex jirreġistraw attakki, kif ukoll diversi tipi ta’ scans bil-għan li jsibu l-parti tal-moħħ li hija responsabbli għall-attakki. Lill-individwi ssirilhom ukoll evalwazzjoni sħiħa tat- tagħlim; dan jista’ wkoll jinvolvu tipi ta’ scans ulterjuri. Dan isir biex jiddetermina jekk individwu għandux xi problemi bil-memorja, iddiskors jew it-tagħlim, u biex jaraw jekk xi wħud minn dawn jistgħu jkunu f’riskju minn kirurġija. Individwu jista wkoll jiltaqa’ ma’ newropsikjatra biex jiddeterminaw x’jistgħu jistennew mill-kirurġija, kif ukoll biex jiddeterminaw xi problemi tal-burdati jista’ jkollhom.

It-tim kollu tal-kirurġija tal-epilessija mbagħad jiddiskuti r-riżultati kollha tal-investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit jekk il-kirurġija tistax tiġi offruta mingħajr ma tikkawża problemi ulterjuri. It-tim imbagħad jiltaqa’ mal-individwi u l-familja tagħhom biex jiddeskrivi r-riżultati, il-kirurġija li se tiġi offruta, il-benefiċċji probabbli, kif ukoll ir-riskji possibbli. Imbagħad tkun f’idejn l-individwi u/jew ilfamilja tagħhom biex jiddeċiedu jekk jixtiqux jissoktaw.

Kif taħdem il-kirurġija

Il-kirurġija tal-epilessija tista’ taħdem bi tliet modi differenti:

  1. Billi tneħħi l-parti l-“ħażina” tal-moħħ
  2. Billi tneħħi l-konnessjoni tal-parti l-“ħażina” lejn il-partijiet l-oħra talmoħħ
  3. Li ddaħħal stimulatur elettriku li, permezz ta’ stimulazzjoni elettrika, inaqqas l-eċċitabilità tal-parti(jiet) il-“ħżiena” tal-moħħ.

Effetti Sekondarji

Wieħed mill-effetti sekondarji tal-kirurġija tal-epilessija fil-lobu temporali jista’ jkun id-dgħufija ta’ memorja. Kemm din taffettwa l-pazjent jiddependi fuq ħafna fatturi inkluż jekk hemmx diġà ħsara sinifikanti li tinvolvi l-hippocampus u kemm kienet qed taħdem tajjeb il-memorja qabel il-kirurġija. Persuni oħra jistgħu esperjenza xi diffikultajiet biex isibu l-kelma t-tajba, jew ikollhom problemi bilburdata wara l-kirurġija. Huwa importanti li jkun hemm fehim ta’ minn huwa l-aktar probabbli li jesperjenza dawn l-effetti sekondarji, biex jingħataw il-pariri qabel jikkunsidraw il-kirurġija. Ir-riskji tal-kirurġija għandhom ikunu bbilanċjati kontra r-riskji ta’ attakki mhux ikkontrollati kontinwi.

Huwa importanti tirrealizza li l-kirurġija tal-moħħ għall-epilessija tista’ mhux dejjem twassal għal kura kompleta. Fil-fatt ġeneralment probabbilment nofs biss min-nies kollha ttrattati se jkunu kompletament ħielsa minn attakki. Studji wrew wkoll li ħafna jiddependi min fejn jibda attakk u jekk hemmx leżjoni ċara viżibbli fuq l-MRI tal-moħħ li jikkawżaw attakki li jistgħu jitneħħew kompletament.

Fl-epilessija tal-lobu temporali, b’mod partikolari meta jkun hemm ferita fuq il-hippocampus, sa żewġ terzi tan-nies kollha jistgħu ma jibqax ikollhom attakki wara l-kirurġija.

FIGURA li turi l-MRI tal-moħħ bi sklerożi tal-hippocampus (vleġġa safra). Il-hippocampus tidher żgħira fuq ix-xellug u wkoll aktar ċara meta mqabbla man-naħa tal-lemin.

Il-moħħ jikkonsisti minn 100 biljun ċellola tan-nervituri bi triljuni ta’ konnessjonijiet. Attakki jistgħu jibdew f’parti żgħira tal-moħħ imma mbagħad, permezz ta’ dawn il-ħafna konnessjonijiet, jinfirxu lejn partijiet oħra u eventwalment mal-moħħ kollu.

Il-kirurġija tal-epilessija taħdem billi tidentifika l-parti ewlenija minn fejn ġej l-attakk u tneħħi dik ilparti (sakemm ma tkunx kritika għall-funzjonijiet importanti bħall-taħdit u l-moviment). Din tissejjaħ “kirurġija kurattiva, resective”.

Kirurġija resective mhux dejjem tkun ta’ suċċess għaliex mhuwiex dejjem possibbli tillokalizza fejn beda l-attakk jew, meta titneħħa parti waħda tal-moħħ, l-attakki jibdew ifeġġu f’parti differenti. Xi drabi ma jkunx possibbli tneħħi l-parti minn fejn jibdew l-attakki, għaliex tinsab f’parti li hija kruċjali biex jiffunzjona l-moħħ.

Il-kirurgu jista’ mbagħad jiddeċiedi minflok li jaqta’ l-konnessjonijiet li permezz tagħhom l-attakk jinxtered (jissejjaħ “subpial transection”). Ġeneralment din l-operazzjoni hija ħafna inqas ta’ suċċess.

Dak li għandek tikkunsidra

Jekk l-attakki jibdew f’partijiet multipli tal-moħħ (attakki multifokali) jew mill-moħħ kollu (attakki ġeneralizzati), kirurġija resective mhijiex normalment possibbli. Minflok, l-operazzjonijiet jintużaw bil-għan li jtejbu jew inaqqsu l-attakki b’ċans ferm inqas li jitwaqqfu l-attakki.

It-tieni epilessija fokali l-aktar komuni fl-adulti hija l-epilessija tal-lobu frontali. Il-lobi frontali huma lakbar lobi tal-moħħ u xi funzjonijiet importanti tal-lobi frontali huma l-funzjoni motoriċi tal-ġisem, inkluż it-taħdit u l-memorja u l-attenzjoni qasira. Ma nafux biżżejjed dwar xi partijiet tal-lobi frontali li jipparteċipaw fl-imġiba u l-emozzjonijiet aktar komplessi tal-bniedem. Partikolarment jekk ma tidher ebda leżjoni fuq l-MRI, f’kirurġiji fil-lobu frontali ħafna drabi jeħtieġ li jitqiegħdu elettrodi EEG intrakranjali fuq u/jew fil-moħħ. Dawn l-elettrodi jitqiegħdu fis-sala tal-operazzjoni, u mbagħad in-nies jiġu fl-unità tal-mentoring tal-epilessija biex l-elettrodi jitqabbdu mal-magna tal-EEG u jirreġistraw lattakki

FIGURA; l-epilessija tal-lobu frontali tal-lemin, li turi elettrodi multipli fondi mqiegħda biex issib fejn jibdew l-attakk. L-intraċċar tal-EEG juri l-bidu t’attakk mil-lobu frontali fond tan-nofs. Il-vleġġa tipponta lejn fejn kien irreġistrat lattakk.

Figura: epilessija tal-lobu frontali tal-lemin. Il-figura turi rikostruzzjoni permezz ta’ kompjuter ta’ MRI ta’ pazjent, bil-lobu frontali tax-xellug spjegat. Fuq in-naħa tal-lemin jidher l-istess moħħ wara grilja ta’ elettrodi tqiegħdu fuq il-moħħ biex jiddeterminaw il-bidu ta’ attakki u funzjonijiet importanti.

Wara l-kirurġija

Ħajja mingħajr attakki jista’ jkollha bżonn xi aġġustamenti, mhux biss għall-individwu imma wkoll għal dawk ta’ madwarhom. Familji u individwi sottoposti għall-kirurġija jistgħu jeħtieġu appoġġ addizzjonali sabiex jaġġustaw għal dan. Il-medikazzjoni tkompli għal perjodu, u m’hemm l-ebda garanzija li titwaqqaf b’suċċess. Madwar 50% tal-individwi huma kapaċi jwaqqfu l-medikazzjoni wara l-kirurġija jekk ikunu ħielsa mill-attakki.